Il-Ħidma Politika Tiegħi

Fil-Partit Nazzjonalista

Jiena r-rappreżentant distrettwali f’isem il-Kunsillieri Lokali fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Jien attiv ħafna fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit, NET FM. Għal diversi snin ilni nippreżenta diversi programmi bit-tema tal-ħidma politika fil-lokalitajiet tagħna. Illum qed inkun ukoll mistieden biex nikkkontribwixxi f’diversi programmi fuq dan l-istazzjon, fejn dejjem nagħti prominenza lill-ħidma b’riżq in-nies u l-importanza tal-kompetenza u l-onesta’ fit-tmexxija.

Viżjoni Politika

Fil-vokazzjoni tiegħi għas-servizz tal-pubbliku, nemmen li għandi nkun ta’ servizz għalikom ilkoll. Dan huwa li qed nagħmel bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Issa rrid nifrex dan is-servizz għall-irħula kollha ta’ dan id-distrett elettorali. Għalhekk ser nikkontesta l-elezzjoni li jmiss sabiex, bil-fiduċja tagħkom, niġi elett rappreżentant tagħkom fil-Parlament.

Kompetenza, onesta’ u djalogu

Jeħtieġ naħdmu ħafna sabiex, b’enerġija ġdida, flimkien, noħolqu mudell ta’ tmexxija mibni fuq il-kompetenza, l-onesta’ u d-djalogu bil-ġid komuni bħala l-għan ewlieni. B’hekk biss inkomplu nsaħħu u nsebbħu lill-pajjiżna, u ghaldaqstant int, uliedek u l-familja tiegħek ikollkom kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

Trid tkun taf aktar?

Għamel appuntament miegħi.  Illum apparti minn żjarat fid-djar, nistgħu niltaqgħu online permezz ta’ diversi metodi bħal Teams u Zoom. Jiena dejjem dispost li nisma’ u nkun vuċi għalik. Ċempilli fuq 7942 0596 biex tibbukkja appuntament miegħi.

Nitkellem f’ismek

Din hija l-missjoni tal-ħidma politika tiegħi. Li nirrappreżentak aħjar

Attivitajiet - Elezzjoni 2022

Dawn huma xi ritratti mill-attività tat-13 ta’ Frar, f'Ħal Safi fejn tajna merħba mill-isbaħ lill-mexxej tagħna Dr Bernard Grech. Għalija personalment, kien u dejjem hu ta’ pjaċir li niltaqa’ ma’ nies mid-distrett tiegħi, biex insir nafhom aħjar, niddiskuti u naqsam opinjonijiet varji.

Dan, flimkien mal-passjoni u d-determinazzjoni tiegħi li nagħmel lil Malta u l-5 distrett, post aħjar, huma l-aktar li nieħu gost bihom fil-ħajja politika.

Intuit Mailchimp logo
Facebook icon
Instagram icon
Twitter icon
YouTube icon

©2021 Ing. Stanley Zammit